Elezzjoni Ġenerali 2022 - Ġurament li jsir barra minn Malta
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – MARZU 2022
Ġurament li jsir barra minn Malta
Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi votanti li ser ikunu barra minn Malta sat-18 ta’ Marzu 2022 u li minħabba mard jew safar mhux ser ikunu jistgħu jivvotaw fis-26 ta’ Marzu 2022 li saru arranġamenti biex ikunu jistgħu japplikaw bil-ġurament biex jivvotaw fid-19 ta’ Marzu.
Din l-applikazzjoni bil-ġurament tista’ ssir fl-eqreb Ambaxxata jew Kummissjoni Għolja u jittieħed l-ġurament quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti hemmhekk.
Applikanti li huma votanti rreġistrati fuq Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti n-Naxxar waqt li dawk irreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fl-Experimental Farm tal-Gvern fix-Xewkija, Għawdex. Il-ħinijiet tal-votazzjoni jkunu mis-7.00am sal-10.00pm u kull votant irid jippreżenta d-Dokument tal-Vot tiegħu.
Lista ta’ dawn il-Kummissarji għall-Ġuramenti tinsab murija fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali, https://electoral.gov.mt/OathsMT. Fil-lista hemm ukoll l-indirizz elettroniku biex min hu interessat ikun jista’ jagħmel appuntament.
Id-dikjarazzjoni ġuramentata (skenjata) trid tasal għand il-Kummissjoni Elettorali fuq [email protected] sa mhux iżjed tard minn nofsinhar (ħin ta’ Malta) tal-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu, 2022. Il-Kummissjoni Elettorali toħroġ riċevuta għal kull applikazzjoni bil-ġurament li tirċievi li tintbagħat fuq indirizz ta’ imejl li l-votant jista’ jikkwota fuq il-ġurament.
25 ta’ Frar, 2022