Elezzjoni Ġenerali 2017 - Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI 2017
Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali
Il-Kummissjoni Elettorali tavza li d-dettalji tal-persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji (inklużi r-riservi) fl-Elezzjoni Ġenerali ġew ippubblikati fil-Gazetta tal-Gvern tat-18 ta’ Mejju, 2017. Din il-lista tidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni Elettorali tavza lil dawn il-persuni li huma se jkunu jistgħu jivvotaw biss il-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju, 2017, billi jmorru personalment bid-dokument tal-vot fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn is-7.00 am u l-10.00 pm.
Bla ebda mod ma jkun possibli li dawn il-persuni hekk maħtura jivvotaw is-Sibt 3 ta’ Ġunju, 2017, anke jekk jirtiraw mill-kariga.
22 ta’ Mejju, 2017