Il-Votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali
Aggornata: 27/04/2026
(Din il-gwida tapplika wkoll għar-Referenda)
- Ir-Reġistru Elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali jelenka l-ismijiet, il-kunjomijiet, in-Numri tal-Karta tal-Identità u l-indirizzi ta’ dawk il-persuni rreġistrati bħala eletturi u li jidhru fir-Reġistru li jiġi ppubblikat darbtejn fis-sena, f’April u f’Ottubru.
Ir-Reġistru jiġi ppubblikat fi 13-il volum (Distretti). Dan jelenka ċ-ċittadini Maltin li għandhom dritt għall-vot biex jeleġġu l-membri fil-Kamra tad-Deputati u jivvotaw fir-Referenda.
- Persuna tista’ tiċċekkja jekk hix elettur billi tagħfas hawn. Ikollha bżonn in-Numru tal-Karta tal-Identità, kunjomha u d-data tat-twelid. Il-kopja stampata tar-Reġistru tista’ taraha fl-Uffiċċju Elettorali. F’każ ta’ diffikultà, wieħed jista’ jċempel lill-Uffiċċju Elettorali fuq in-numru tat-telefown 25583000 jew jibgħat imejl fuq [email protected] u jipprovdi n-Numru tal-Karta tal-Identità tiegħu.
- Għal dan ir-Reġistru persuna tista’ tapplika b’dawn il-kwalifiċi:
- Ċittadin ta’ Malta;
- Għalqet l-età ta’ sittax-il sena; u
- Residenti f’Malta u matul it-tmintax-il xahar minnufih qabel ir-reġistrazzjoni tagħha hekk residenti għal perijodu kontinwu ta’ sitt xhur jew għal perijodi li jammontaw fit-total globali għal sitt xhur.
- Id-dati tal-għeluq tal-pubbikazzjonijiet tar-Reġistru huma fil-31 ta’ Marzu u fit-30 ta’ Settembru.
- Għad-Dokument għall-Votazzjoni l-Uffiċċju Elettorali juża l-aħħar ritratt muri fuq il-Karta tal-Identità. Għaldaqstant, hu meħtieġ li persuna tapplika fejn u kif ġej:
|
|
Identità, Identity Cards Unit, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, Tel: 2590 4300 |
|
|
|
|
jew |
|
|
|
|
The Tower, 1st Floor, Triq Fortunato Mizzi, Ir-Rabat, Għawdex, Tel: 2590 4611, 2590 4612, 2590 4613 |
|
|
|
|
|
||
|
sit elettroniku: |
|||
|
imejl: |
|||
6. Meta wieħed japplika għall-Karta tal-Identità, fl-istess waqt, l-Uffiċċju Elettorali jkun qed jirċievi l-formoli tal-applikazzjonijiet relevanti.
- Kull talba li jirċievi l-Uffiċċju Elettorali għal żieda, tibdil jew tħassir fil-partikolaritajiet ta’ elettur tiġi riflessa fir-Reġistru li jkun imissu jiġi ppubblikat.
- Elettur jiġi rreġistrat darba biss fl-indirizz u l-lokalità fejn is-soltu jgħammar. Persuna tista’ tiċċekkja jekk hix reġistrata billi tidħol hawn. Ir-Reġistri Elettorali riveduti jiġu ppubblikati darbtejn f’sena f’April u f’Ottubru.
9. Persuna tista’ tressaq appell quddiem l-Uffiċjal Reviżur, kemm għaliha u kemm għal ħaddieħor, jekk trid tħassar ir-reġistrazzjoni ta’ elettur li tilef waħda jew aktar mill-kwalifiki meħtieġa jew bdil f’waħda mill-partikolaritajiet.
10. L-appell għal dawk l-eletturi rreġistrati f’Malta, għandu jiġi sottomess lill-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qrati, Il-Belt Valletta, filwaqt li għal dawk irreġistrati f’Għawdex, l-appell għandu jiġi sottomess lill-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qrati, Ir-Rabat, Għawdex, fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni tar-Reġistru. M’hemm l-ebda ħlas għal dawn l-appelli.
11. Fl-ewwel fażi tat-tqassim tad-Dokumenti għall-Votazzjoni, dawk intitolati għall-vot, jitwasslilhom id-Dokument għall-Votazzjoni, minn Uffiċjal tal-Pulizija jew minn persuni awtorizzati mill-Kummissjoni Elettorali fl-indirizz fejn huma rreġistrati. Kull dokument li jinġabar irid ikun hemm firma għalih, jew mill-persuna li d-dokument hu indirizzat għaliha, jew minn xi adult responsabbli ieħor li, joqgħod fl-istess indirizz, jew qiegħda fis-servizz tagħha. Il-Partiti Politiċi, b’rappreżentanza fil-Kamra tad-Deputati, jistgħu jinnominaw rappreżentant kull wieħed biex jakkumpanja lil kull Uffiċjal tal-Pulizija waqt it-tqassim.
12. Jekk ma jkun hemm ħadd id-dar, meta jiġi l-Uffiċjal tal-Pulizija, persuna tista’ tiġbor id-Dokument għall-Votazzjoni, billi tmur l-Għassa tal-Pulizija (jew fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali f’ċerti lokalitajiet) tal-belt jew raħal fejn hi rreġistrata bħala elettur. Wara li jintemm it-tqassim fid-djar, id-Dokument għall-Votazzjoni jinġabar biss mill-elettur innifsu, billi tintwera l-Karta tal-Identità valida. Ħadd ma jista’ jiġbor Dokument għall-Votazzjoni f’isem ħaddieħor f’dan il-perjodu.
13. Wara li jintemm it-tqassim fl-Għases/Kunsilli Lokali, persuna tista’ tiġbor personalment id-Dokument għall-Votazzjoni tagħha mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, jekk hi rreġistrata f’Malta, filwaqt li, jekk hi rreġistrata f’Għawdex, id-Dokument jista’ jinġabar mill-Uffiċċju Elettorali fir-Rabat, Għawdex. Tkun trid tippreżenta Karta tal-Identità valida.
14. Il-linji gwida għall-kandidati prospettivi jinħarġu meta titħabbar id-data tal-elezzjoni.
15. F’jum il-votazzjoni, sabiex persuna tivvota, tkun trid tippreżenta d-Dokument għall-Votazzjoni tagħha lill-Assistenti Kummissjonarji Elettorali fil-Post tal-Votazzjoni indikat fuq id-Dokument. Il-postijiet tal-votazzjoni jkunu miftuħin bejn is-7.00 ta’ filgħodu u l-10.00 ta’ billejl.
Ħadd ma jitħalla jivvota mingħajr id-Dokument għall-Votazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali.
16. Il-votazzjoni f’Malta mhix obbligatorja.
17. Malta tuża s-sistema ta’ Single-Transferable Vote (STV). Is-sistema STV hija sistema ta’ votazzjoni maħsuba biex tagħti riżultat b’rappreżentanza proporzjonata. Il-vot huwa wieħed trasferibbli. Persuna għandha tivvota, billi tpoġġi n-numru ‘1’ ħdejn isem il-kandidat li tixtieq tara elett l-ewwel wieħed. Mitluba (u tajjeb tagħmlu) tikteb in-numru ‘2’ ħdejn l-isem tal-kandidat tat-tieni għażla tagħha u tibqa’ sejra hekk sakemm ma tkunx tixtieqx tivvota għal aktar kandidati.
![]() |
![]() |
![]() |



