Reġistri Elettorali

Fir-Reġistru Elettorali ssib l-isem, il-kunjom, in-numru tal-Karta tal-Identità jew tar-Residenza u l-indirizz ta’ dawk kollha li huma rreġistrati biex jivvutaw f’elezzjonijiet u referenda. Dan jiġi ppubblikat darbtejn f’sena fi tliet għamliet separati, f’April u f’Ottubru, fuq il-karta.

Ir-Reġistru Elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali hu maqsum fi 13-il volum (distretti) u fih issib iċ-ċittadini Maltin li jistgħu jivvotaw f’referenda nazzjonali u biex jeleġġu l-membri tal-Kamra tad-Deputati.

Ir-Reġistru Elettorali għall-Kunsill Lokali joħroġ f’68 volum (wieħed għal kull lokalità) u fih hemm dawk il-persuni intitolati biex jivvutaw u jeleġġu lill-kunsillieri tal-lokalità tagħhom. Minbarra l-Maltin, f’dan ir-reġistru ssib ukoll dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li huma rreġistrati bħala residenti fil-Gżejjer Maltin.

Fl-aħħar hemm ir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea li fih iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhumiex Maltin u li huma rreġistrati bħala residenti fil-Gżejjer Maltin li għażlu li jivvutaw f’Malta għall-membri tal-Parlament Ewropew. Dan ir-Reġistru tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-Reġistru tal-Elezzjoni Ġenerali, jagħmlu l-elenku elettorali li jintitola l-votanti rreġistrati fihom biex jivvutaw f’elezzjonijiet ta’ membri tal-Parlament Ewropew.

Tista' tiċċekkja jekk intix irreġistrat fl-aħħar Reġistri Elettorali ppubblikati billi tikklikkja fuq il-buttuna hawn taħt u tilloggja bl-eID tiegħek.

Nista' Nivvota?

Tista' wkoll tfittex fl-aħħar Reġistri Elettorali ppubblikati billi tikklikkja fuq il-buttuna thawn taħt u tilloggja bl-eID tiegħek.

Fittex fir-Reġistri