Votazzjoni tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Polling Place Officers

Tags: REFERENDUM 2015, LC 2015

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

 

REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015

 

 

Votazzjoni tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Polling Place Officers

 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Polling Place Officers li huma jistgħu jivvotaw BISS billi jmorru personalment fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, bejn is-7.00 am u l-10.00 pm tal-Ġimgħa, 10 ta’ April, 2015, billi jieħdu magħhom id-dokument tal-vot. 

 

Kull persuna magħzula u li isimha deher fil-Gazzetta tal-Gvern tal-4 ta’ Marzu, 2015, tista’ tivvota biss fl-10 ta’ April anke jekk tirrifjuta jew tirreżenja mill-ħatra.

 

Għal dan il-jum ser ikun provdut servizz ta’ coach minn Triq Sarria, (Fosos), Floriana, lejn in-Naxxar u lura.  Ikun hemm coach li titlaq kull siegħa mis-7 ta’ filgħodu sad-9.00 ta’ bil-lejl u lura minn Naxxar għall-Belt Valletta wkoll kull siegħa mit-8.00 ta’ filgħodu sal-10 ta’ bil-lejl.

 

Għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Polling Place Officers li jgħixu f’Għawdex, ser ikun provdut ukoll servizz ta’ coach li titlaq miċ-Ċirkewwa fl-10.05 am, fit-3.20 pm, fil-5.35 pm u fis-7.35 pm diretti lejn in-Naxxar u lura.

 

Dawn is-servizzi tal-10 ta’ April huma mingħajr ħlas, iżda kull persuna inkarigata għandha turi t-Tag ta’ Identifikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

25 ta’ Marzu, 2015