tqassim ta' dokumenti għall-votazzjoni

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI25 TA’ MEJJU, 2019
 

Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Kif diga’ tħabbar, il-Kummissjoni Elettorali minn għada sal-Ħamis, it-23 ta’ Mejju, se tqassam id-dokumenti għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha fin-Naxxar u, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, fir-Rabat, Għawdex.

Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex:

  1. dawk il-votanti li ma jifilhux jimxu, jitwasslu b’karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, in-Naxxar.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f’dawn il-każi, barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex, wara li l-karozza twaqqaf viċin, din il-persuna tkun tista’ tidħol bl-ID jew Residence Card tal-votant u turi lill-Kummissjonarji fejn tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex jingħatalu l-vot.

 

  1. l-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorġu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

 

  1. Fejn hemm każi ta’ votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar.  Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li l-votanti nfushom jew xi qarib ta’ dawn il-votanti għandu jmur jew iċempel l-Uffiċċju Elettorali fuq 21416848 jew 21416857 biex jagħti d-dettalji meħtieġa.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex jagħmel użu ta’ dan is-servizz biss fejn hu assolutament meħtieġ.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li kull min irid jigbor id-dokument/i għall-votazzjoni jrid bilfors jiġbor id-dokument/i personalment u billi jippreżenta l-Karta tal-Identita’ jew tar-Residenza.

 

Mingħajr id-dokument/i għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni 

www.electoral.gov.mt

20 ta’ Mejju, 2019