Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI –
MEJJU, 2019
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi rreġistrati u lill-kandidati indipendenti li ser jikkontestaw l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li għandhom sas-7.00 p.m. ta’ nhar is-Sibt 20 ta’ April, 2019, sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista u l-applikazzjonijiet relevanti ta’ persuni li jixtiequ jinnominaw bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni biex jgħoddu l-voti, persuni biex jissorveljaw l-għadd tal-voti u aġenti tal-partit.
17 ta’ April, 2019