Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Il-Mosta

Tags: Press Release

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ il-Mosta wara r-riżenja tal-Kunsillier Alexander Muscat (2015, PL).

 

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:

 

Nomina ppreżentata:             

Borg Christian

                                   

L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn, 3 ta’ Lulju, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

www.electoral.gov.mt

28 ta’ Ġunju, 2017