Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi wara r-riżenja tal-Kunsillier Rosianne Cutajar (2015, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew tlett nomini:
Nomini ppreżentati:
Bugeja Daniel
Gatt Redeemer
Meli Sean
L-għadd tal-voti ser isir fis-1:00pm ta’ nhar it-Tnejn, 3 ta’ Lulju, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
28 ta’ Ġunju, 2017