votazzjoni bikrija

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Mejju, 2019

Votazzjoni Bikrija

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw ġimgħa qabel il-jum stabbilit għall-votazzjoni, minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, illi jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jieħdu l-ġurament stipulat.  Il-ħinijiet huma:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:           mit-8.00 a.m. sas-1.30 p.m. u

                                                mit-3.00 p.m. sat-7.00 p.m.

            Sibtijiet u Ħdud:          mit-8.00 a.m. sa nofsinhar

 

Iżda kulħadd huwa avżat illi t-terminu legali biex isiru dawn l-applikazzjonijiet bil-ġurament huwa sa’ nofsinhar tal-Ġimgħa, is-17 ta’ Mejju, 2019

Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identita’ jew tar-Residenza tiegħu.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-18 ta’ Mejju illi jrid ikollhom id-dokument/i tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

22 ta’ April, 2019