ċertifikati għal min ma jkunx jista' joqgħod fil-queue
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019
Ċertifikati għal min ma jkunx jista’ joqgħod fil-queue
1. Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi fil-ġurnata tal-votazzjoni, persuni li għalqu l-75 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet u djar
tal-anzjani, għandhom jitħallew jaqbżu l-queue f’kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ċertifikat tat-tabib.
2. Persuni ta’ eta’ bejn is-60 u l-75 sena, jitħallew jaqbżu l-queue bejn is-1.00 pm u l-5.00 pm.
3. Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-queue irid ikollhom ċertifikat tat-tabib biex jitħallew jaqbżu l-queue u dan wara
s-1.00 pm. Dawk il-persuni li jippreżentaw il-Karta tal-Identita’ Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ jingħataw
l-istess faċilita’ mingħajr ħtieġa ta’ ċertifikat mediku.
4. Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet mingħand dawk it-tobba li mhumiex kandidati għall-Elezzjonijiet għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li
jservu bħala ċertifikat mediku għal persuni morda biex jitħallew jaqbżu l-queue waqt il-votazzjoni filħin imsemmi aktar qabel.
Kull tabib li japplika jingħata ammont ta’ formoli li fuqhom jinkiteb iċ-ċertifikat u dan l-ammont ta’ formoli jista’ jiżdied skont il-ħtieġa.
20 ta’ Mejju, 2019