Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Charles Vassallo, Il-Mosta;
Triq il-Buttar, Santa Venera;
Triq il-Gabillott, Is-Swieqi; u
Triq Ħal Sajd, Ħaż-Żebbuġ (M)
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Jannar, 2023, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-13 ta’ Jannar, 2023.
17 ta’ Jannar, 2023