MEP & LC 2024 - trasport għall-AKE s-Sibt 8 ta' Ġunju, 2024

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI  –

8 TA’ ĠUNJU, 2024

 

Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024

 

Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita’ t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, it-8 ta’ Ġunju, 2024, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.

 

Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 56, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94, 122 u X4 ser jitilqu mill-outstations fl-4.30 am.  L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.00 am.*  Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identita’ maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

 

Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

6 ta’ Ġunju, 2024

 

*Skeda dettaljata tinsab annessa ma’ din l-istqarrija