Elezzjoni Kazwali ghall-Kunsill Lokali ta' L-Imtarfa
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ L-Imtarfa wara r-riżenja tal-Kunsillier Anthony Mifsud (2019, PN) skont Artiklu 18 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ L-Imtarfa.
www.electoral.gov.mt
4 ta’ Lulju, 2019