Elezzjoni Ġenerali 2017 - Dokumenti tal-vot mhux imqassma u mhux miġbura
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017
Dokumenti tal-Vot mhux imqassma u mhux miġbura
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi wara li għalaq il-perjodu tat-tqassim tad-dokumenti tal-vot fid-djar u mill-Għases tal-Pulizija, għad baqagħla 12,339 dokument tal-vot. 10,386 huma ta’ votanti rreġistrati fuq Malta u 1,953 huma ta’ votanti rreġistrati fuq Għawdex. Dawn id-dokumenti jistgħu jinġabru personalment mill-votant billi juri l-karta tal-identità tiegħu rispettivament fl-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar (ex-Trade Fair Grounds) u fir-Rabat, Għawdex (Pjazza San Franġisk).
www.electoral.gov.mt
29 ta’ Mejju, 2017