Elezzjoni Ġenerali 2026 - Votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

 

ELEZZJONI ĠENERALI –  30 TA’ MEJJU, 2026

 

Votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 30 ta’ Mejju, 2026, ser tingħata l-faċilita’ lill-votanti li jkunu ser isiefru f’dan il-jum stess biex jaqbżu l-kju.  Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.

 

28 ta’ Mejju, 2026