votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019
Votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 25 ta’ Mejju, 2019, ser tingħata l-faċilita’ lill-votanti li jkunu ser isiefru f’dan il-jum stess biex jaqbżu l-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.
24 ta’ Mejju, 2019