Elezzjonijiet Każwali għall-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, Marsaskala, Is-Siġġiewi, Ħal Għargħur, Il-Gżira u Il-Mosta
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet Każwali għall-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, Marsaskala, Is-Siġġiewi,
Ħal Għargħur, Il-Gżira u Il-Mosta
Nomini ta’ Kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjonijiet Każwali biex jimtlew il-postijiet ta’ Kunsilliera għall-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, Marsaskala, Is-Siġġiewi, Ħal Għargħur, Il-Gżira u Il-Mosta wara li l-postijiet ta’ Kunsilliera eletti ġew dikjarati bħala vakanti peress li l-Kunsilliera ġew eletti bħala Membri tal-Kamra tad-Deputati.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, fin-Naxxar, bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar, minn għada l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju 2026 sal-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju, 2026, jew onlajn permezz tal-link /nominations minn għada l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar tal-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju, 2026.
Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.
23 ta’ Ġunju 2026