irtirar ta' dokumenti għall-votazzjoni
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment illum l-Erbgħa 22 ta’ Mejju mit-8.00 a.m. sal-10.00 p.m. u għada l-Ħamis 23 ta’ Mejju mit-8.00 a.m. sa nofsillejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali:-
għall-votanti rreġistrati fuq Malta, mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar; u
għall-votanti rreġistrati fuq Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
Kull votant għandu jattendi personalment bil-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.
Mingħajr id-dokument/i għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.
22 ta’ Mejju, 2019