dokumenti tal-vot minn Għawdex għal Malta jew viċi-versa
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Mejju, 2019
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun. Il-Kummissjoni Elettorali tħeġġeġ lil min se juża dan is-servizz biex ma jħallix sal-aħħar jum (6.00 p.m. tat-23 ta’ Mejju, 2019) minħabba li jekk ikun hemm ċirkostanzi li mgħandhiex kontroll fuqhom (eż. maltemp) ma jkunx possibli li d-dokument jinġieb fil-ħin legali stabbilt.
Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq [email protected] jew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew b'mod personali jew permezz ta' email. Il-formola ssibha fi https://electoral.gov.mt/Elections/ApplicationFormsEN
Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mill-20 sat-23 ta’ Mejju, 2019 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.
22 ta’ April, 2019