Elezzjoni Ġenerali 2022 - Ħinjiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet - riveduta
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET ĠENERALI – MARZU 2022
Ħinjiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet
Il-Kummissjoni Elettorali rrevedit l-istqarrija preċedenti tagħha ppublikata aktar kmieni illum u tavża li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, 2022, fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex inkluż Downtown, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi fl-ebda ħin tal-ġurnata.
Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorita’ tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.
22 ta’ Marzu, 2022