ħinijiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI
– 25 TA’ MEJJU, 2019
Ħinjiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet
Il-Kummissjoni Elettorali tavza li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 23 ta’ Mejju, 2019, fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi ħlief mis-7.00 pm sat-8.00 pm. Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorita’ tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.
20 ta’ Mejju, 2019