Elezzjonijiet Każwali għall-Membri Parlamentari fil-11, 10, 7 u fit-13-il Distrett Elettorali

Tags: General Election 2017, General Election Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET KAŻWALI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI

FIL-11, 10, 7 U FIT-13-IL DISTRETT ELETTORALI

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi żewġ elezzjonijiet każwali fil-Ħdax-il distrett elettorali u elezzjoni każwali fl-Għaxar, fis-Seba’ u fit-Tlettax-il distrett elettorali ċeduti rispettivament minn Dott. Simon Busuttil, is-Sur David Agius, is-Sur Robert Arrigo, Dott. Beppe Fenech Adami u Dott. Marthese Portelli.  Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtlew dawn il-postijiet ta’ Membri Parlamentari.

 

Dawk il-kandidati li kkontestaw l-imsemmija distretti elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Ħamis 15 sat-Tnejn 19 ta’ Ġunju, 2017, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u s-1.00 pm.

 

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ dawn l-elezzjonijiet każwali se jsir nhar l-Erbgħa, l-21 ta’ Ġunju, 2017, mit-8.00 am ‘l quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

14 ta’ Ġunju, 2017