Nomini ta' Kandidati

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Mejju 2019

Nomini ta’ Kandidati

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma ser jirċievu nomini ta’ kandidati onlajn għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali mit-Tlieta, 16 ta’ April fid-9.00 a.m. sat-Tnejn, 22 ta’ April, 2019, fis-7.00 p.m. (ħin ta’ Malta).  Applikazzjonijiet onlajn isiru permezz tal-websajt www.electoral.gov.mt  Hawnhekk tinstab għajnuna kif għandha ssir applikazzjoni onlajn.  Kandidati li jagħżlu li ma’ jħallsux id-depożitu ta’ disgħin euro (€90) onlajn iridu jassiguraw illi jagħmlu dan bl-idejn sa mhux aktar tard mis-7.00 p.m tat-22 ta’ April, 2019.

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw ukoll illi ser jirċievu nomini ta’ kandidati fl-Uffiċċji tagħhom fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Misraħ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, nhar it-Tlieta s-16, l-Erbgħa s-17, il-Ħamis it-18, is-Sibt l-20 u t-Tnejn it-22 ta’ April, 2019, mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m.  u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.

Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identita’ tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formola tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali li se jkun ippubblikat fit-13 ta’ April, 2019.   F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika u awtentikata minn nutar pubbliku.  Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.

Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija u jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Kummissjoni Elettorali minn https://electoral.gov.mt/Elections/ApplicationsForms/MT

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi Uffiċċju mill-Kummissjonarji,  fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar it-Tlieta t-23 ta’ April, 2019  fl-istess ħinijiet.

www.electoral.gov.mt

12 ta’ April, 2019