MEP & LC 2024 - votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI

 –  8 TA’ ĠUNJU, 2024

 

Votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024, ser tingħata l-faċilita’ lill-votanti li jkunu ser isiefru f’dan il-jum stess biex jaqbżu l-kju.  Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.

 

www.electoral.gov.mt

 

7 ta’ Ġunju, 2024