Elezzjoni kazwali ghall-membru Parlamentari fid-disa' Distrett Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FID-DISA` DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fid-Disa` Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Marthese Portelli.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati seba` nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Abela Wadge Alan
Attard Previ Graziella
Bartolo Ivan
Borg Knight Roselyn
Buttigieg Albert
Muscat Noel
Selvaggi Charles
Total ta’nomini ppreżentata: 7
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Marthese Portelli ser issir it-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2020, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fil-11 ta’ filgħodu.
www.electoral.gov.mt
7 ta` Marzu, 2020