MEP & LC 2024 - votazzjoni
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI –
8 TA’ ĠUNJU, 2024
Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-Pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni nhar is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024, ser ikunu bejn is-7.00 am u l-10.00 pm bla waqfien. Kulħadd għandu jara li jmur fl-indirizz tal-post tal-votazzjoni li hemm miktub fuq id-dokument tal-vot tiegħu.
Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li ma għandhomx bżonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn għajnuna tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvota.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess ħieles ta’ votant milli jivvota jkun ħati ta’ reat skont il-liġi.
6 ta’ Ġunju, 2024