Elezzjoni każwali għall-membru Parlamentari fid-disa' Distrett Elettorali

Tags: General Election Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FID-DISA’ DISTRETT ELETTORALI

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fid-Disa’ Distrett Elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Marthese Portelli. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal- Gvern tal-lum.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fid-Disa’ Distrett Elettorali.

Dawk il-kandidati li kkontestaw id-Disa’ Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mit-Tlieta 3 sas-Sibt 7 ta’ Marzu, 2020, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tlieta, l-10 ta’ Marzu, 2020, mill-11.00am ‘l quddiem.

www.electoral.gov.mt

 

3 ta’ Marzu, 2020