Elezzjoni każwali għall-Membru Parlamentari fit-Tielet Distrett Elettorali - L-ewwel ġurnata

Tags: General Election 2017, Casual Election to elect a councillor

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIT-TIELET DISTRETT ELETTORALI

Elezzjoni Każwali fit-Tielet Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Silvio (Silvio John) Grixti.

Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.

L-għadd tal-voti ta' din l-elezzjoni se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar it-Tlieta l-4 ta' Jannar, 2022, mit-08.30am 'l quddiem.

www.electoral.gov.mt

 

 

27 ta’ Diċembru, 2021