Elezzjoni Ġenerali 2022 - Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 26 ta’ Marzu, 2022
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET ĠENERALI – 26 TA’ MARZU, 2022
Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 26 ta’ Marzu, 2022
Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita’ t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fil-5.30 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, is-26 ta’ Marzu, 2022, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.
Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94 u 122 ser jitilqu mill-outstations fl-4.30 am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.00 am.* Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identita’ bħala Assistent Kummissjonarju Elettorali maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.
24 ta’ Marzu, 2022
*Skeda dettaljata tinsab annessa ma’ din l-istqarrija
G.E. 2022 - MPT Services on 26 March 2022