Elezzjoni Ġenerali 2022 - Malta/Għawdex irtirar ta' dokumenti tal-votazzjoni

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati fuq Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun.  Il-Kummissjoni Elettorali tħeġġeġ lil min se juża dan is-servizz biex ma jħallix sal-aħħar jum (6.00 p.m. tal-24 ta’ Marzu, 2022) minħabba li jekk ikun hemm ċirkostanzi li mgħandhiex kontroll fuqhom (eż. maltemp) ma jkunx possibli li d-dokument jinġieb fil-ħin legali stabbilt.

 

Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq [email protected] jew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew b'mod personali jew permezz ta' email

 

Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ fir-Rabat, Għawdex.  Id-dati tal-ġbir ikunu mill-21 sal-24 ta’ Marzu, 2022 u dan isir personali mill-votant billi juri l-Karta tal-Identità.

 

www.electoral.gov.mt

 

21 ta’ Marzu, 2022