Elezzjoni Ġenerali 2017 - Ġurament li jsir barra minn Malta
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017
Ġurament li jsir barra minn Malta
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li, minħabba safar, jixtiequ jivvotaw fin-Naxxar fis-27 ta’ Mejju, 2017, u li mhux se jkunu f’Malta sa nofsinhar tas-26 ta’ Mejju, 2017, biex jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom bil-ġurament, illi jistgħu jattendu fl-eqreb Ambaxxata jew High Commission u jagħmlu l-ġurament għand Kummissarju għall-Ġuramenti hemmhekk.
Lista ta’ dawn il-Kummissarji tinsab murija fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali, https://electoral.gov.mt/OathsMT Fil-lista hemm ukoll l-indirizz elettroniku sabiex min hu interessat ikun jista’ jagħmel appuntament.
Id-dikjarazzjoni ġuramentata (skenjata) trid tasal għand il-Kummissjoni Elettorali fuq [email protected] sa mhux iżjed tard minn nofsinhar (ħin ta’ Malta) tal-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, 2017.
12 ta’ Mejju, 2017