Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali javża li, għal finijiet tal-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali msejħa għall-25 ta’ Mejju, 2019, il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed topera mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, Ex-Trade Fair Grounds, in-Naxxar. L-indirizz tal-imejl huwa [email protected]
www.electoral.gov.mt
12 ta’ April, 2019