Elezzjoni Ġenerali 2026 - Oġġezzjoni għal nomina ta’ kandidati
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – 30 TA’ MEJJU, 2026
Oġġezzjoni għal nomina ta’ kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi se tilqa’ oġġezzjoni għal xi nomina ta’ kandidati skont Artiklu 51 tal-Liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) fl-uffiċċju tagħha, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, nhar it-Tlieta, 12 ta’ Mejju, 2026, bejn id-9.00am u s-1.00pm u bejn it-3.00pm u s-7.00pm.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll illi se tkun qed tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar kull oġġezzjoni li tkun irċeviet, fis-7.00pm ta’ nhar il-Ħamis, 14 ta’ Mejju 2026.
8 ta’ Mejju, 2026