Elezzjoni Ġenerali 2017 - Id-dokument tal-vot
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Id-Dokument tal-Vot
Wara laqgħa urġenti tal-Kummissjoni Elettorali, il-Kummissjoni tinforma lill-pubbliku li l-medium ġdid introdott tad-dokument tal-vot fih tliet security features li ssodisfaw kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lid-Delegati tal-Partiti.
Il-Kummissjoni Elettorali tindika li għas-serħan ulterjuri tal-moħħ tal-pubbliku ser ikun hemm verifika tal-votanti b’reqqa akbar waqt il-votazzjoni.
Kull votant għandu jieħu ħsieb li jerfa’ d-dokument tal-vot f’post sigur sabiex fil-jum tal-votazzjoni jkun jista’ jieħdu miegħu biex jivvota fil-post tal-votazzjoni indikat fuq id-dokument. Ħadd ma jkun jista’ jivvota mingħajr dokument tal-votazzjoni.
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar fil-provvediment tal-liġi elettorali, illi, kull min ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument tal-vot, jew jiffalsifika, jimita jew jiddistruġġi b’qerq xi dokument tal-vot jista’ jinstab ħati ta’ reat u jeħel, meta jinstab hekk ħati, multa jew priġunerija, jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien.
8 ta’ Mejju, 2017