Elezzjoni Ġenerali 2017 - Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Ġenerali – 3 ta’ Ġunju, 2017
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi u kandidati li ser jikkontestaw l-Elezzjonijiet Ġenerali li għandhom sa nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju, 2017, sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista u l-applikazzjonijiet relevanti ta’ persuni li jixtiequ jinnominaw bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni biex jgħoddu l-voti, persuni biex jissorveljaw l-għadd tal-voti u aġenti tal-partit.
www.electoral.gov.mt
4 ta’ Mejju, 2017