Elezzjoni Ġenerali 2017 - Irtitar ta' dokumenti għall-votazzjoni

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li, l-Ħamis, l-1 ta’ Ġunju, 2017, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (Ex-Trade Fair Grounds, faċċata tal-grawnd tal-futbol) u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex.  Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl.   Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tmur personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali.  Dawn il-votanti għandhom jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’.  L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.

 

Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju.

 

Skont il-liġi ma jistgħux jiġu stampati, jitqassmu jew jinġabru dokumenti tal-vot fit-2 u fit-3 ta’ Ġunju, 2017.

 

Mingħajr dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.

 

www.electoral.gov.mt

 

31 ta’ Mejju, 2017