Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar - L-ewwel ġurnata

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Każwali  biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara r-riżenja tal-Kunsillier Graziella Galea (2019, PN).

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati żewġ nomini għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

Nomini ppreżentati ‘llum it-Tnejn il-31 ta’ Jannar, 2022:

 

Borg Mary u Cordina Anne Marie

 

www.electoral.gov.mt                    

31 ta’ Jannar, 2022