Rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż għall-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI INDIRIZZAT
LILL-KANDIDATI LI KKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI (25 TA’ MEJJU, 2019)
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u li għadhom ma ssottomettewx ir-rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż elettorali tagħhom illi skont il-liġi għandhom sa nhar it-Tnejn il-5 ta’ Awwissu, 2019, biex jagħmlu dan. Min ma jissottomettix dan ir-rapport jew jissottomettih tard ikun qed jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolament 101 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar Gvern Lokali, (Kap. 363) bil-konsegwenzi stipulati.
www.electoral.gov.mt
30 ta’ Lulju, 2019