Elezzjoni Ġenerali 2026 - Votazzjoni

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI ĠENERALI – MEJJU, 2026

 

Votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-Pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni nhar is-Sibt, 30 ta’ Mejju, 2026, ser ikunu bejn is-7.00 am u l-10.00 pm bla waqfien.  Kulħadd għandu jara li jmur fl-indirizz tal-post tal-votazzjoni li hemm miktub fuq id-dokument tal-vot tiegħu.

 

Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li ma għandhomx bżonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn għajnuna tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvota.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess ħieles ta’ votant milli jivvota jkun ħati ta’ reat skont il-liġi.

 

 

29 ta’ Mejju, 2026