Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Mosta - it-tielet ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Mosta wara r-riżenja tal-Kunsillier Romilda Baldacchino Zarb (2019, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tlett ijiem ipprovduti għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Mosta.
www.electoral.gov.mt
27 ta’ April, 2022