Elezzjoni Ġenerali 2026 - Ħinjiet għall-viżitaturi fl-isptarijiet
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – MEJJU 2026
Ħinjiet għall-viżitaturi fl-isptarijiet
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 28 ta’ Mejju, 2026, fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi fl-ebda ħin tal-ġurnata.
Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorita’ tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.
26 ta’ Mejju, 2026