Elezzjoni każwali għall-membru Parlamentari fis-seba' distrett elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIS-SEBA` DISTRETT ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fis-Seba` distrett elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Jean Pierre Debono. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazetta tal- Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari fis-sebà distrett elettorali.
Dawk il-kandidati li kkontestaw is-seba’ distrett elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mit-Tlieta 26 ta’ Settembru sas-Sibt 30 ta’ Settembru, 2017, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.
Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni każwali se jsir nhar it-Tlieta, it-3 ta’ Ottubru, 2017, mid-9.00 am ‘l quddiem.
www.electoral.gov.mt
25 ta’ Settembru, 2016