Elezzjoni Ġenerali 2022 - rapport mill-Kandidati fuq dħul u spejjeż
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali – Marzu 2022
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali u li għadhom ma ssottomettewx ir-rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż elettorali tagħhom illi skont il-liġi għandhom sa nhar it-Tnejn it-2 ta’ Mejju, 2022 biex jagħmlu dan. Min ma jissottomettix dan ir-rapport jew jissottomettih tard ikun qed jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 41 sa 52 tal-Erbatax-il Skeda tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) bil-konsegwenzi stipulati.
25 ta’ April, 2022