projbizzjoni fuq l-użu ta' apparat tal-video/audio
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019
Projbizzjoni fuq l-użu ta’ apparat tal-video/audio
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa projbit u li t-teħid ta’ ritratti jew filmati fil-postijiet tal-votazzjoni huwa kontra l-liġi. Min jinqabad jieħu ritratt/video ikollu l-apparat elevat u jittieħdu passi legali kontra tiegħu.
24 ta’ Mejju, 2019