Elezzjoni Ġenerali 2026 - Il-ħames ġurnata tan-nominazzjonijiet wara r-rizenja tal-Onor. Carmelo Abela
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FIT-TIELET DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fit-Tielet Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-rizenja tal-Onor. Carmelo Abela.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati erba’ nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Abela Raymond, Buhagiar Martina Paula, Grech James u Plumpton Eric
Total ta’nomini ppreżentati: 4
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Carmelo Abela ser issir il-Ġimgħa, s-26 ta’ Ġunju, 2026, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fid-9.00 ta’ filgħodu.
23 ta’ Ġunju, 2026