Elezzjoni Ġenerali 2022 - Ħinjiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONIJIET ĠENERALI – MARZU 2022

 

Ħinjiet imnaqqsa għall-viżitaturi fl-isptarijiet

Il-Kummissjoni Elettorali tavza li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, 2022, fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex inkluż Downtown, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi ħlief mis-7.00 pm sat-8.00 pm.  Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorita’ tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.

 

22 ta’ Marzu, 2022