Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar wara r-riżenja tal-Kunsillier Joseph Agius (2013, PL)
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.
www.electoral.gov.mt
21 ta’ April, 2017