irtirar ta' Dokumenti għall-votazzjoni

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019

 

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruhom PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.

 

Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument/i għall-votazzjoni huma dawn:

 

It-Tlieta 21 u l-Erbgħa 22 ta’ Mejju, 2019:               mit-8.00 am sal-10.00 pm

 

Il-Ħamis, it-23 ta’ Mejju, 2019 (l-aħħar jum):           mit-8.00 am sa nofsillejl

 

TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’ JEW

TAR-RESIDENZA PERSONALMENT

 

L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT

GĦAL DAN L-ISKOP

 

MINGĦAJR ID-DOKUMENT/I GĦALL-VOTAZZJONI ĦADD MA JKUN JISTA’ JIVVOTA NHAR JUM IL-VOTAZZJONI

 

www.electoral.gov.mt

 

 

20 ta’ Mejju, 2019