Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi wara l-mewt tal-Kunsillier Peter Paul Busuttil (2015, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew żewġ nomini:
Nomini ppreżentati:
Abdilla Publio
Farrugia Maria Grazia
L-għadd tal-voti ser isir fil-11:00am ta’ nhar it-Tnejn, 24 ta’ Lulju, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
19 ta’ Lulju, 2017